Ħtieġa ta’ fond speċjali għall-Belt Valletta

  • Ott 30, 2019 09:31
  • Miktub minn Ray Azzopardi

    Hekk hu! Veru li ta’ kulħadd imma l-ewwel u qabel kollox hija belt residenzjali. Mingħajr residenti tkun belt bla ħajja, tkun belt li tiġġenera flus biss u l-flus mhumiex kollox.

    Kunsill Lokali jrid jara li jiddefendi lir-residenti tiegħu, inkella l-għajta tal-BIDLA kienet vaga u għal xejn.

    Ftit żmien ilu ħabib tiegħi staqsieni “għalxiex isir ħafna xogħol fuq iż-żona kummerċjali, u n-naħa tagħna ftit li xejn?”

    Spjegajtlu li ż-żona kummerċjali jieħu ħsiebha l-Gvern u l-baġit tal-Gvern huwa ferm akbar minn tal-Kunsill Lokali. Spjegajtlu wkoll il-fatt li amministrazzjonijiet preċedenti nefqu nofs miljun ewro mingħajr ma sar proġett wieħed fiż-żona residenzjali, ħlief l-asfaltar ta’ Triq San Pawl, fejn wara ftit ġimgħat – jekk mhux saħansitra ġranet – bdew jinqalgħu l-problemi kollha sforz l-għaġla li sar ix xogħol, u minħabba li kienet riesqa l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.

    Bħalu nemmen li l-Gvern għandu jalloka fondi speċjali għall-Belt Valletta u jgħaddihom lill-Kunsill Lokali biex isir ix-xogħol meħtieġ fiż-żona residenzjali, għax b’nofs miljun ewro dejn ftit li xejn wieħed jisrta’ jagħmel dak li jixtieq.

    Apparti li qed nitlob lill-Gvern biex isaħħaħ il-fondi tal-Kunsill tal-Belt Valletta, nemmen ukoll li dawn għandhom ikun amministrati minn persuni ferm aħjar milli kienu qed jiġu amministrati fl-aħħar snin. Min suppost ħa ħsieb li ma jsirux abbużi mill-fondi tal-Kunsill illum ma għadx għandu l-fiduċja tiegħi u dan jafu kullhadd.

    Kultant niskanta kif l-awtoritajiet ma ħadux bis-serjetà l-ilmenti li dejjem ressaqt jien biex issir investigazzjoni serja dwar kif tberbqu flus il-kunsill mingħajr approvazzjoni ta’ ħadd u xejn.

    M'iniex se nieqaf naħdem sakemm xi ħadd jirrispondi ta’ għemilu u nittama biss li jekk l-investigazzjoni turi dan li qed ngħid jien allura jkun id-dipartiment stess li jimmaniġġja l-fondi sabiex niġu konformi mal-liġi. 

    Nistenna ftit ieħor forsi xi ħadd jisma’ l-karba tiegħi u jibda jiċċaqlaq forsi fl-aħħar tal-mina jitfaċċa ftit dawl u ż-żona residenzjali tibda tgawdi wkoll mill-ġid li nħoloq fl-aħħar snin bl-għaqal tal-Gvern Ċentrali.

    Fuq nota umoristika nitlob lill-Prim Ministru biex forsi jagħmlilna pjaċir u jiddelegalna lill-Ministru Scicluna biex jirranġalna l-kaxxa tal-Kunsill Lokali Valletta forsi tibda timtela xi ftit! 

    Insellmilkom.

    Ritratt: Alan Saliba

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook