Drawwiet mitlufa

  • Ott 29, 2019 07:42
  • Miktub minn Alfred Sant

    Ħabib tiegħi qalli: Minkejja l-popolarità dejjem donnha tiżdied, li għadhom igawdu l-festi parrokkjali f’Malta, il-verità hi li d-drawwiet tradizzjonali ta’ pajjiżna qed jintilfu.

    Sfidajtu dwar hekk għax ma jidhirlix li għandu raġun. Filfatt, l-eżempji li ġabli kienu fil-biċċa l-kbira marbuta ma’ ċerimonji pjuttost ta’ natura reliġjuża, ma’ snajja li ftit li xejn għadhom ipprattikati. Imma mbagħad oħrajn li għadhom jinħadmu, bħas-sajd, ma warrbux l-okkażjonijiet li kienu jiċċelebrawhom, waqt li “delizzji” ġodda, bħas-sewqan tal-motorcycles sabu kif joħolqu d-drawwiet li jpoġġuhom fid-dawl.

    Kull żmien jibdel il-modi tal-għajxien li bihom il-bniedem jagħti xhieda tal-aspirazzjonijiet tiegħu. Aktar milli jintilfu, d-drawwiet jieħdu suriet differenti.

    Sirna ngħixu f’soċjetajiet li għalkemm immoltiplikaw il-kumnikazzjoni, naqqsu fl-attivitajiet soċjali li jirrekjedu koperazzjoni bejn individwi – dawk preċiżament li minnhom kienu jinsiltu d-drawwiet nazzjonali tal-imgħoddi. Diffiċli timmaġina li għad jiġi organizzat xi pellegrinaġġ tad-dilettanti tal-logħob bil-kompjuters, per eżempju.

    Li minn dan, tasal għall-konklużjoni li d-drawwiet “komunali” resqin kollha lejn ix-xejn, jidhirli li hu pass estrem.    

    ***

    DIĠITALI

    Li nagħfsu fuq il-ħtieġa li s-snajja diġitali jiġu mogħtija priorità fit-tagħlim hi direzzjoni tal-aqwa importanza. Mal-Ewropa kollha t-teknoloġija diġitali qed titqies bħala għodda essenzjali li fuqha se tippernja dejjem aktar l-ekonomija moderna. Mingħajrha, min qiegħed fuq quddiem bħalissa, se jitlef postu u min qiegħed lura se jkompli jitlef il-pass.

    Min-naħa l-oħra, ma nistgħux biex nippromwovu d-diġitali, ninsew ix-xjenzi “puri” u t-teknoloġiji “klassiċi”. Il-matematika, il-fiżika, il-kimika, l-inġinerija mekkanika, elettrika u elettronika... fost oħrajn... jikkostitwixxu sistemi ta’ tagħlim u taħriġ li fuqhom għadhom – u se jibqgħu jinbnew ħidmiet kbar – b’rendikont ekonomiku liema bħalu.

    Meta soċjetà tonqos milli ssostnihom u tkompli tiżviluppahom bħala parti mill-kompetenzi tagħha, tkun qed iddgħajjef il-ħila biex fil-futur tkompli ġġedded il-ħiliet li bihom tkun tista’ tibqa’ teknikament u ekonomikament fuq quddiem.

    Jeżisti l-periklu li nispiċċaw f’dil-qagħda. Ix-xjenzi “puri” u l-fergħat tal-inġinerija mhumiex jingħataw l-istess prominenza u prestiġju bħall-oqsma tad-diġitali u tas-servizzi finanzjarji. 

    ***                       

    IMMIGRAZZJONI

    Ir-rewixta li kellna f’Ħal Far, Malta, ġimgħa ilu... is-sejba ta’ tmienja u tletin ruħ mejta fi trakk l-Ingilterra... kienu żewġ inċidenti oħra li taw xhieda ta’ kif il-kriżi tal-immigrazzjoni għadha magħna.

    Qed toħloq disturb fost in-nies li jqanqal mewġ ta’ razziżmu u xenofobja.

    Biex tinsab soluzzjoni għalihom, hemm bżonn ta’ rieda politika enormi lesta biex timmobilizza riżorsi kbar u taffaċċja fl-istess ħin, it-tixwix tar-razzisti li malajr isib ħamrija fertili fejn jinbet u jinfirex.

    Fl-Ewropa hemm, mhux m’hemmx, rieda politika biex dil-ħaġa ssir; imma għadha mhix qawwija biżżejjed.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook