Eżattament min?

  • Ott 07, 2019 11:09
  • Miktub minn Alfred Sant

    L-istorja ta’ kif il-grupp tal-Graffitti ma tħalliex jagħmel protesta xejn tal-għaġeb fl-Università kontra rappreżentanti tal-gvern u tas-settur tal-bini għamlet il-ġirja tagħha. Xorta bqajna ma nafux min eżattament awtorizza fl-Università li titwaqqaf il-protesta u għaliex, qabel ġie irtirat kollox.

    L-inċident fakkarni fi storja oħra, ta’ meta kont student. Sħabi u jien waqqafna soċjetà biex torganizza dibattiti ħielsa fost l-istudenti. Ċerti professuri xejn ma qablu. Meta saret il-laqgħa annwali ġenerali tal-għaqda, wieħed minnhom bagħat kontinġent seminaristi biex jagħmlu “block vote” kontrina. Tajruna ’l barra.

    Għamilna protesta kontra dan f’Jum il-Gradwazzjoni, dak iż-żmien ċelebrat fost oħrajn, b’paniġierku bil-Latin. Ħadd ma kien jifhmu. Kellu jingħata mill-professur li organizza l-“block vote”. Malli beda jitkellem, qomna nagħtuh applaws li żammejna għaddej għal kemm-il minuta. L-uxxiera ġew ikeċċuna.

    Possibbli li l-affarijiet fl-Università ma nbidlux daqstant minn aktar minn nofs seklu ilu?

    ***

    XIWI

    Suppost – skont l-espressjoni li tintuża – li l-kummissarji Ewropej nominati għall-mandat li ngħatat Ursula von der Leyen “inxtwew” meta ġew investigati mid-deputati Ewropej f’seduti miżmuma apposta għalihom. Hemm ċerta esaġerazzjoni f’dal-mod ta’ kif l-affarijiet jitqiesu.

    Fir-realtà, il-laqgħat jinżammu b’ċerimonjal ta’ kortesija, anke meta xi mistoqsijiet isiru b’sens inkrepattiv u ġieli anke b’malizzja. Xorta waħda: mhix ħaġa faċli li bħala Kummissarju nominat, tibqa’ għaddej/għaddejja għal kważi l-istess ħin ta’ żewġ logħbiet futboll tistenna l-mistoqsijiet li jsirulek biex tara kif se tirrispondihom b’mod intelliġenti mingħajr ma tnaffar wisq nies, waqt li tibqa’ kredibbli.

    Helena Dalli uriet il-ġimgħa li għaddiet kif din l-isfida tista’ tintlaqa’. Sabuha għadma aktar iebsa l-kandidati nnominati minn Franza u l-Polonja. 

    ***

    MINN FEJN INĠIBU L-INFORMAZZJONI

    Dak li nafu dwar li qed jiġri madwarna, minn fejn qed inġibuh? Qed ikunu dejjem l-istess sorsi li jitimgħuna dak li mingħalina nafu dwar il-ġrajjiet tal-lum u tal-bieraħ?

    Ingħidu li bil-midja soċjali l-ġodda, m’għadniex niddependu biss mill-istess aġenziji tal-aħbarijiet jew mill-istess stazzjonijiet tar-radjo u t-televiżjoni. L-aħbarijiet jiġuna minn kullimkien għax b’mod kapillari, kull ċittadin qed jikseb il-ħila li jwassal dak li jaf lil kull min jaf, bil-mezzi tal-internet.

    Problema hi li dawn il-mezzi kapillari ta’ spiss wisq ikunu mħarbta bil-kbir. Jieħdu aktar is-sura ta’ kumment jew deskrizzjoni mbagħbsa tar-realtajiet tal-ġurnata, milli ta’ fatti li qed jiġu rapportati. Biex tgħaxxaqha, ta’ spiss issib li l-kummenti jew id-deskrizzjonijiet li jaslulek ikunu telqu minn rapporti tas-sorsi tradizzjonali ta’ informazzjoni.

    Wieħed ikollu jiddubita kemm nistgħu niftaħru li fil-verità għandna aċċess ħafna aħjar minn ta’ qabilna għall-informazzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook