Pagi

  • Aww 08, 2019 08:06
  • Miktub minn Alfred Sant

    Ma naħsibx li s-suġġett tqajjem dan l-aħħar b’mod siewi, politikament u soċjalment – jew anke professjonalment. Biss, naqbel li l-livelli tal-pagi f’pajjiżna llum jixirqilhom kull attenzjoni u eżami.

    Qishom żviluppaw fostna tnejn, tlieta, erba’... forsi aktar ... ta’ swieq tax-xogħol. Jiffunzjonaw skont mekkaniżmi li ma jiddependux minn xulxin. Biss, waqt li jkomplu għaddejja, qed jaffettwaw il-prospetti ta’ xulxin.

    Għandek il-pagi għolja ħafna u dejjem jiżdiedu ta’ nies – bosta huma barranin – li għandhom expertise finanzjarja, diġitali jew oħra.

    Għandek il-pagi relattivament tajba imma stabbli ta’ nies fil-maġġoranza Maltin, għalkemm qed jidħlu l-barranin, f’kategoriji ta’ xogħol tekniku u klerikali. Jitqassmu bejn is-settur privat u dak publiku.

    Għandek il-pagi ta’ nies f’oqsma klerikali, ta’ valur miżjud teknoloġikament baxx jew soċjalment ta’ ftit prestiġju: f’termini reali, dawn il-pagi qed jonqsu, minħabba l-wasla tal-ħaddiema barranin, il-prattika tal-prekarjat u fatturi oħra.

    U għandek il-“pagi” tan-nies li qed jiġu esplojtati bla ħniena, mhux l-anqas ħaddiema irregolari.

    *** 

    JINTESEW

    Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar tinduna kif jintesew nies li matul ħajjithom ikunu ddedikaw ruħhom bil-kbir għal għanijiet serji, li emmnu fihom tassew. M’inix naħseb fil-protagonisti tax-xena politika jew ta’ xi xena oħra essenzjali fil-ħajja nazzjonali; aktar f’ċittadini oħrajn li mingħajr trumbetti u b’assidwità sħiħa raw kif għamlu biex jilħqu l-għanijiet tal-organizzazzjonijiet li fihom kienu attivi.

    Każini tal-baned; tal-futboll; għaqdiet reliġjużi; trejd unjins; gruppi tan-negozju; assoċjazzjonijiet volontarji; u wkoll għaliex le, partiti politiċi...

    Nista’ nsemmi mit-tifkira, brigata ta’ irġiel u nisa, illum minsija, uħud mejta, li taw servizz.

    Dnub li qishom qatt ma eżistew. Biss, kif tista’ żżomm ħajja t-tifkira tagħhom? Forsi mhux dejjem hekk ġara minn ġenerazzjoni għall-oħra, li jintesew dawk li jkunu taw kontribut sempliċement b’impenn individwali? 

    *** 

    TAXXA MINIMA

    Il-gvern Malti qabel li d-diskussjoni dwar l-argumenti li baqgħu jinqalgħu fl-Ewropa u lil hinn minnha ħalli kulħadd idaħħal taxxa minima fuq il-profitti tal-kumpaniji ssir fl-OECD (l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku), ibbażata f’Pariġi. Malta mhijiex membru tal-OECD.

    Il-ħsieb forsi kien li f’din l-organizzazzjoni, l-imbuttatura biex it-taxxa minima tiddaħħal tisfa bil-mod il-mod imwarrba. Ma jidhirx li taxxa hekk tkun fl-interess ta’ Malta. L-Irlanda... li għandha interessi bħal ta’ pajjiżna... u hi membru tal-OECD, donnha għamlet l-istess kalkolu.

    Madankollu issa qed jirriżulta li d-diskussjonijiet fi ħdan l-OECD xaqilbu lejn qbil bejn il-pajjiżi tal-Punent favur taxxa minima bejniethom fuq id-dħul tal-kumpaniji. Anki l-Istati Uniti bdiet togħġobhom dil-proposta.

    Jekk dir-rankatura tinżamm, se jkun diffiċli għal Malta... u l-Irlanda... biex jibqgħu jgħidu le!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0