Awguri u kuraġġ lill-istudenti tagħna

  • Lul 17, 2019 15:08
  • Miktub minn Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne

    Jumejn ilu ħarġu r-riżultati tal-eżamijiet tas-SEC u MATSEC. Riżultati li eluf ta’ żgħażagħ tagħna jkunu qegħdin jistennew fuq ix-xwiek peress li jkunu jfissru pass ieħor fid-direzzjoni tal-ambizzjoni li jkollhom għall-futur tagħhom. Bħal f’kull ħaġa oħra jkollok il-ferħ u d-diżappunt, b’dan tal-aħħar m’għandux jitqies bħala l-aħħar tad-dinja għal dawk li ma jkunux kisbu dak mixtieq. Hemm l-għajnuna kollha possibbli biex f’Settembru li ġej jagħmlu r-resits.

    B’konformità mal-wegħda tal-Programm Elettorali tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni ta’ Ġunju 2017  filwaqt li s-sena li għaddiet ittieħed l-ewwel pass u l-miżati tal-eżamijiet tnaqqsu bin-nofs, din is-sena l-Gvern ħa fuqu l-ispiża sħiħa li jfisser madwar €1.5 miljun fuq madwar 9,200 student li jpoġġu għall-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC kull sena. Miżura li ffrankat spiża minn fuq il-familji u li għal kull wild hi ta’ madwar €200. Miżura edukattiva ta’ eżamijiet b’xejn biex ħadd ma jaqa’ lura.

    Mill-ġdid, awguri lil dawk l-istudenti li kisbu r-riżultati mixtieqa u kuraġġ għal Settembru li ġej għal dawk li ma rnexxielhomx din id-darba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0