Proġetti soċjali

  • Lul 15, 2019 08:17
  • Miktub minn Alfred Sant

    Fl-Ewropa u barra minnha, jinħolqu fondi ta’ biljuni fuq biljuni biex jinvestu fi proġetti kummerċjali li individwi jew kumpaniji jħejju. B’hekk jipprovaw iħeġġu u jgħinu lil min ikun qed iwaqqaf xi proġett ekonomikament u finanzjarjament ta’ siwi, imma li jkollu bżonn ta’ appoġġ.

    Din l-istrateġija għat-tħeġġiġ tal-investimenti kellha ħafna suċċessi (għalkemm ukoll id-disfatti).

    Qam l-argument: għaliex l-istess metodu ma jintużax għal proġetti “soċjali” bħal fl-oqsma tal-ambjent, tas-saħħa u tal-kura għad-diżabbiltà fost oħrajn?

    Il-bużillis hawn qiegħed li proġetti soċjali, sa mill-mod kif jitħasslu, mhumiex għodda ta’ profitt. Allura kif jista’ wieħed jinvesti fihom jew isellifhom il-flus b’mod li jrendi kummerċjalment?

    Qed jinstabu dejjem aktar mudelli ta’ kif dan isir, bl-għajnuna ta’ banek u bis-sehem ta’ għaqdiet li ilhom snin twal attivi fil-qasam soċjali. Tagħmel sens li dil-ħaġa titkompla u tissaħħah, mingħajr jintesa l-impenn tal-istat biex jiggarantixxi li fi kwalunkwe każ, il-miżuri ta’ appoġġ soċjali għaċ-ċittadini kollha jibqgħu sħaħ u ħielsa minn kull theddida li jistgħu jispiċċaw imwarrba, għax ma jrendux.

    ***

    RIFORMI TAL-EWRO

    Kulħadd jaqbel bil-fomm li ż-żona tal-ewro teħtieġ riformi biex tkun tista’ tilqa’ għall-isfidi tal-futur. Dawn baqgħu nofs leħja għal snin issa: il-binja tal-għaqda bankarja u dik tal-għaqda tas-swieq kapitali; id-dħul ta’ skema Ewropea għal garanziji fuq id-depożiti bankarji; il-konsolidament ta’ fond Ewropew maħsub biex iwieżen il-banek li jkunu qrib il-falliment... Baqgħu lanqas inbdew proposti biex iż-żona tal-ewro jkollha baġit tagħha u forsi anke ministru tal-finanzi tagħha...

    F’dawn l-oqsma rajna darba wara l-oħra l-preżentazzjoni ta’ rapporti minn kull president ta’ kull istituzzjoni wara l-oħra... Kollha baqgħu fuq l-ixkaffa.

    Sentiment li jinħass ġenerali hu li, kif ġara taħt il-Kummissjoni ta’ Jean Claude Juncker, hekk se jiġri fil-ħames snin li ġejjin.

    ***

    KLIMA: QED NESAĠERAW?

    Fid-diskussjonjiet politiċi dwar il-ħtieġa li nilqgħu għall-effetti li qed jikkawżaw bidla fil-klima, ġieli inħossni maqbud bejn żewġ tensjonijiet.

    L-ewwel waħda ġejja minn sentiment li tassew: jekk ma noqogħdux b’seba’ għajnejn u nieħdu l-passi drastiċi li huma meħtieġa, se nispiċċaw f’diżastru ambjentali dinji li jaffettwa bil-kbir għall-ħażin il-futur tal-umanità. Indizji bħal kif qed jinħallu l-meded enormi tas-silġ fl-antipodi tad-dinja u l-maltempati inkredibbli u barra minn żmienhom li jinqalgħu, donnhom ikabbru dan il-biża’.

    Imbagħad tinħass it-tieni tensjoni: tgħid qed nesaġeraw? Matul is-sekli ta’ storja magħrufa, seħħew żminijiet ta’ bidla qawwija fil-klima. U l-ambjent irkupra “waħdu”. Biss ukoll, illum bil-ħajja li qed jgħix, il-bniedem qed iqajjem u jsostni bżonnijiet li huma bla preċedent fil-firxa u l-ħruxija tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0