Il-Fgura f’Qalbna

  • Mej 20, 2019 15:19
  • Miktub minn Pierre Dalli

    Fl-aħħar sentejn kelli l-unur li mmexxi il-Kunsill Lokali tal-Fgura fl-irwol ta’ Sindku wara li ghal diversi snin servejt fl-irwol ta’ Viċi Sindku u Kunsillier.

    Sa mill-ewwel ġurnata impennjajt ruħi bis-sħiħ sabiex nagħmlu d-differenza fil-Fgura f’kull aspett inkluż dak soċjali, infrastrutturali u ambjentali. Emmint u stinkajt sabiex il-Kunsill Lokali tal-Fgura jagħmel id-differenza għall-aħjar fil-ħajja tar-residenti tal-Fgura bix-xogħol tieghu.

    Matul din il-legislatura temmejna b’suċċess l-akbar proġett tal-Kunsill Lokali tal-Fgura fl- istorja tieghu, dak taċ-Ċentru Ċiviku. Dan iċ-ċentru huwa totalment iffukat sabiex joffri mhux biss aktar servizzi lir-residenti tal-Fgura, iżda wkoll aktar servizzi effiċċjenti. Fl-aħħar xhur diġa bdejna ngawdu dawn l-ispazji permezz ta’ klassijiet ta’ eżerċizzju fiżiku fil-multi purpose hall bla ħlas għar-residenti tal-Fgura, akar korsijiet kemm għat-tfal, adulti u anzjani, wirjiet ta’ arti, servizzi soċjali, laqgħat ta’ informazzjoni, u użu taċ-ċentru minn diversi għaqdiet volontarji tal-Fgura.

    Minkejja l-investiment fiċ-ċentru ċiviku, rajna illi l-investiment fl-infrastruttura tal-Fgura jibqa għaddej. Temmejna b’suċċess il-bini mill-gdid ta’ diversi toroq madwar il-Fgura flimkien ma diversi bankini u patching estensiv f’diversi żoni. Dħalna wkoll fi djalogu ma Infrastruttura Malta sabiex fil-Fgura jsir investiment bla preċedent, li diġa beda jagħhti l-frott. Żammejna kuntatt regolari mar-residenti tal-Fgura, kemm permezz ta’ laqgħat ma diversi residenti iżda wkoll informazzjoni mqassama fid-djar. Fuq kollox, żammejna kuntatt u offrejna għajnuna bla preċedent lill-għaqdiet volontarji tal-Fgura li nqis bħala sinsla ta’ dan il-lokal. Organizzajna diversi attivitajiet kulturali, sportivi u anke ta’ divertiment għal kullħadd.

    Għamilna ħafna xogħol b’riżultati konkreti, iżda dan għandu jservi bħala l-punt tat-tluq u mhux tal-wasla. Kommess illi nibqgħu nagħmlu d-differenza fil-ħajja tar-residenti tal-Fgura. Kommess illi naħdem fuq aktar proġetti ambjentali, aktar spazji miftuħa, aktar spazji ta’ rekrejazzjoni, u aktar ħidma viċin l-għaqdiet tal-Fgura.

    Jien twelidt, trabbejt u dejjem għext fil-lokalita tal-Fgura, u għaldaqstant il-Fgura hija verament f’qalbi. Lest inkompli nservi u naħdem b’mod għaqli u trasparenti, sabiex lill-Fgura u r-residenti tagħha ntuhom l-aħjar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0