ANTI SEMITIŻMU

  • Jan 31, 2019 08:07
  • Miktub minn Alfred Sant

    ANTI SEMITIŻMU

    Il-pjaga faħxija tal-anti-semitiżmu għadha magħna u diffiċli tara kif tista’ titneħħa għal kollox.

    Biex tagħqad daħlet il-problema fin-nofs tal-anti-sijoniżmu – u jekk huwiex forma oħra ta’ anti semitiżmu kif isostnu ħafna Iżraeljani. Jien ma naħsibx li hu imma ma tistax tinjora l-ilħna Lhud li jgħidu bil-maqlub. Wara kollox, tagħhom hu n-nisel li kien fil-mira tal-Olokawst.

    Biex tgħaxxaqha qam issa l-ispettru tal-anti semitiżmu populista modern, ġej mil-lemin, għalkemm il-Prim Ministru Iżraeljan Netanjaħu jiċħadha dil-biċċa: isostni li ġej minn estremisti xellugin.

    Kemm il-Lhud u kemm l-Għarab u ħafna “razzez” mill-Mesopotamja sa Sqallija u Malta huma ta’ nisel Semitiku. Qabel ma jifhmu kif jistgħu tassew ikunu solidarji bejniethom, ftit hemm tama li l-antisemtiiżmu jibda jidbiel.

    Fuq quddiem nett, dis-solidarjetà tkun trid tinvolvi ftehim ġust u aħħari dwar il-futur tal-Palestina...

    MILL-GŻIRA

    Kelli laqgħat il-ġimgħa li għaddiet ma’ residenti tal-Gżira li ġabuni wiċċ imb’wiċċ ma’ dwejjaq tal-ħajja fis-soċjetà tagħna tal-lum: kont smajt bihom imma mill-bogħod. Fosthom li l-bini tiela’ madwar dawn ir-residenti  neħħielhom għal dejjem il-veduti tal-baħar u l-bajja tal-Gżira li kienu jgawdu mill-bjut ta’ fejn jgħixu.

    Jew li l-wasla qribhom ta’ residenti barranin bidlet ir-ritmu ta’ kif imdorrija jgħixu ħajjithom.

    Fost kull min iltqajt, sibt qbil li finanzjarjament il-ħajja tjiebet ħafna. It-tgemgim kien l-aktar dwar il-kwalità tagħha. Iltqajt ukoll ma’ dubji dwar kemm tista’ tinżamm fil-futur ir-rankatura tat-titjib ekonomiku li qed inġarrbu. Id-dubji kienu marbuta ma’ biża’ dwar li l-bidliet soċjali qawwija li qed iġġarrab is-soċjetà jistgħu jġibu magħhom tensjoni kbira fil-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini u familji fil-Gżira.

    TRUMP

    Il-President Trump fl-aħħar sab lil min jaf kif jieqaflu u fl-aħħar għandu bhiex.

    Esperti tal-politika Amerikana sostnew li hekk ġara bir-ritorn ta’ Nancy Pelosi bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati fil-Kungress. Hu u hi telqu għal konfront totali dwar l-insistenza tiegħu li jibni ħajt bejn il-Messiku u l-Istati Uniti. Waqqaf il-ħlasijiet lill-impjegati tal-gvern federali. Insista li jew jgħaddulu l-fondi għall-ħajt jew jiffriża l-baġit tas-servizzi publiċi. Sa issa, kellu jirtira hu. Kellu jaqbel li jiffirma l-ħlasijiet tal-impjegati sal-ewwel ġimgħa ta’ Frar mingħajr mal-Kungress ikun ivvotalu l-flus għall-ħajt.

    Kull sistema politika għandha l-modi tagħha kif tirranġa l-konfronti politiċi. Tal-Amerika għandha ħabta li twassal għal nuqqas totali, polarizzat ta’ qbil, bieximbagħad l-affarijiet jiżvintaw u jintesew.

    Did-darba Trump għandu problema biex inessi. Bena wisq il-ħajt mal-Messiku bħala s-sigla tat-tmexxija tiegħu u d-determinazzjoni li ma jħallix l-immigrazzjoni tinfirex. Esaġera kemm felaħ. X’aktarx li did-darba wisq Amerikani laħqu ndunaw bl-esaġerazjonijiet tiegħu.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0