SPEJJEŻ

  • Ott 06, 2016 07:30
  • Miktub minn Alfred Sant

    Għall-baġit li ġej, moħbija jew fil-beraħ, se jkun hemm sfida qawwija. Waqt li l-Gvern għandu kull interess politiku issa – u sew jagħmel – li jara kif bil-miżuri li jieħu, itejjeb il-qagħda soċjali taċ-ċittadini, se jkun hemm bżonn ukoll li ż-żieda fl-ispiża pubblika kurrenti tinżamm taħt kontroll.

    Dan jista’ jsir biss billi spejjeż “żejda” jew mhux meħtieġa tassew jiġu mrażżna jew imneħħija. Hu xogħol diffiċli u antipatiku. Jirrekjedi ezerċizzji biex jinstabu l-għejun tal-ħala, biex jintgħarfu l-ineffiċjenzi u biex fejn hemm nuqqasijiet fl-organizzazzjoni tax-xogħol, dawn jingħelbu.

    Jekk din l-isfida tintlaqa’, ftit li xejn se jkun hemm min jinduna. Ikollha titwettaq mingħajr ċapċip u glorja. Fl-immedjat mhux se tidher li għandha impatt fuq il-ħajja politika u ekonomika tal-pajjiż.

    Imma jekk ma tintlaqax, is-sogru jkun li l-Gvern Laburista ta’ wara l-elezzjoni li jmiss ikollu jħallas prezz politiku u ekonomiku qares. Ir-rankatura tat-tkabbir ekonomiku fil-pajjiż se tmajna xi darba jew oħra. Meta jiġri dan, spiża kurrenti tal-Gvern li mhix imrażżna, malajr isservi ta’ mazzra enormi fit-tmexxija tal-pajjiż.

    ****

    BIEDJA F’GĦAWDEX

    L-art imħaddma għall-biedja f’Għawdex naqset drastikament fl-aħħar snin. Ma nbnietx (sa issa) u qed titħalla “vojta”.

    Fl-istess ħin hemm zgħazagħ, uħud minnhom gradwati tal-iskola tal-biedja, li jixtiequ jsiru bdiewa. Hemm bdiewa oħra li jixtiequ jżidu l-art li fuqha jistgħu jkabbru dwieli u prodotti oħrajn. 

    X’inhuma r-raġunijiet għaliex artijiet għammiela qed jitħallew għal riħhom? X’jista’ jsir biex jinġabu fl-użu mill-ġdid?

    Il-mod kif niddisponu mill-art minn dejjem kien suġġett li malajr isir kontroversjali fostna. U mhux biss meta nikkonsidraw fejn għandu jitħalla jsir il-bini. Madan kollu, jidhirli li hu fl-interess nazzjonali u ta’ Għawdex li kull fejn l-art għammiela tista’ tintuza għall-biedja, dan ikun possibbli.

    ****

    BALZAC

    “Illużjonijiet Mitlufa” hu rumanz twil u qawwi; kien ili rrid naqrah minn meta ndunajt li jiġi ezatt qabel rumanz twil ieħor fil-sensiela ta’ Il-Kummiedja Umana – “L-Isplendidu u l-Miskin fil-ħajja tal-kortiġjani”. Tal-aħħar qrajtu snin twal ilu. Għalkemm ħafna mid-dettalji nsejthom, kien impressjonani qatigħ. L-istess għamel “Illuzjonijiet”, b’karattri u temi li jkomplu jsegwu f’ta’ warajh.

    Balzac jeħodna fil-provinċja Franċiza u f’Pariġi tbaqbaq bil-ħajja tas-snin tletin fis-seklu dsatax. Joħloq karattri memorabbli u jqaxxar fid-deskrizzjonijiet tiegħu, il-mod kif jirriflettu fl-ambizzjonijiet, il-kalkoli u l-illużjonijiet tagħhom, l-ambjent soċjali li minnu jkunu ħarġu. Dan mingħajr ma juża l-karattri tiegħu biex iwassal xi “messaġġ”.

    Niddubita kemm Balzac kien interessat li jwassal messaġġi – tneħħi wieħed: Dik li b’kitbietu juri li: Hekk hi l-ħajja.

    Sal-lum, il-proġett letterarju ta’ ħajtu għadu jidher u jitqies bħala tassew monumentali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook