KONFLITT TA' INTERESS

  • Ott 03, 2016 09:32
  • Miktub minn

    Jien wieħed minn tal-ewwel li kont qajjimt kjass dwar li m’għandux ikun hemm konflitti ta’ interessi fit-tmexxija tal-politika governattiva. Biss, irridu noqogħdu attenti li ma nesaġerawx, b’rieda tajba jew ħażina.

    Biex inressqu lejna investiment dirett barrani jeħtieġ li nużaw il-kuntatti kollha li għandna u li meta jersaq xi interess f’investiment, nappoġġjawh bil-kbir bil-mezzi kollha li għandna. Imqabbla mal-kompetituri tagħna, m’għandniex mezzi enormi.

    Kienet prattika tajba per eżempju tal-gvern Laburista tas-snin sebgħin, li jinkoraġġixxi lill-aġenti Maltin ta’ ditti barranin biex iwasslu lil dawn il-kumpaniji biex jaraw jinvestux f’Malta. Eżaġera mbagħad u wassal għall-abbużi, meta pprova jġiegħel li l-investiment isir bħala tpartita ma’ aċċess fis-suq lokali.

    Dak iż-żmien, negozjanti ewlenin bħal Valhmor Borg, Joe Cassar, Sonny Borg, Albert Mizzi u oħrajn, servew fil-gvern u ressqu lejn Malta kuntatti tagħhom biex jinvestu. Setgħu saru abbużi, mela le, imma xorta ngħata servizz tajjeb lill-pajjiż. Ġew investimenti ġodda. Ħadd ma twebbel li kellu jkun hemm bilfors konflitt ta’ interess.

    Gvernijiet ta’ wara żammew l-istess sistema, anke jekk bin-neo liberaliżmu li kien daħal, din saret anqas effettiva.

    ***

    BRUSSELS AIRLINES

    Il-kumpanija tal-ajru Belġjana li kompliet fejn intemmet is-Sabena, Brussels Airlines, se tinxtara kollha mil-Lufthansa, li diġà kellha 48 fil-mija tal-ishma.

    Il-midja Belġjana għamlet kjass. Il-politiċi pprovaw jikkalmawh.

    Intqal li l-Belġju se jkun tilef il-kumpanja tal-ajru tiegħu. Din issa se titmexxa skont l-istrateġija ta’ kumpanija kbira barranija.Il-fatt hu li l-akbar kumpanija tal-ajru li topera minn Brussell bħalissa hi Ryan Air.

    Intqal li l-ajruport ta’ Zaventem fi Brussell se jitlef l-appoġġ ta’ kumpanija li bilfors tarah bħala l-ankra tagħha, la hi Belġjana.

    U ssemmew argumenti oħra, li meta nisimgħuhom, żgur ma jidhrulniex ġodda.

    ***

    FKIEREN

    Tassew sabiħa l-istorja tal-fkieren li twieldu f’nofs il-bajja ta’ Għajn Tuffiegħa biex imbagħad telqulha lejn ix-xefaq bil-għawm. Ammirevoli l-impenn ta’ dawk li ħadu ħsieb biex jissalvagwardjaw il-lok fejn tpoġġew il-bajd tal-fekruna omm, biex ikunu jistgħu jimmaturaw u jfaqqsu bis-sew.

    Wieħed jista’ jimmaġina l-kummenti:

    Mil-lemin reliġjuż: din il-ħerqa kollha biex insalvaw it-twelid ta’ ftit rettili f’dinja li qed tippromowovi l-kontraċezzjoni u l-abort...!

    Mix-xellug safi: l-impenn biex il-fkieren jingħataw opportunitajiet tajba qiegħed hemm, imma mhux għan-nies...!

    U fuq livell differenti, tqum ir-riflessjoni: il-fkieren imfaqqsa, qalulna, se jiġu lura xi għoxrin sena oħra biex iħallu warajhom tagħbija ġdida ta’ bajd għat-tfaqqis. Biss, se jagħrfu fejn ġew? ... jekk il-post ikun mimli umbrelel, jew fuqu jkunu nbnew mal-baħar, torrijiet ta’ erbgħin sular?

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0