L-IRZIEZET TAL-ĦUT

  • Set 05, 2016 08:30
  • Miktub minn

    It-tniġġis fil-baħar li qed joħolqu l-irziezet tal-ħut mhux aċċettabbli. Aktar u aktar għax – kif kien jaf kulħadd – qed joperaw fi ksur lampanti tar-regolamenti viġġenti.

    Il-kalkolu tal-awtoritajiet kien bla dubju – mingħajr ma ġie mistqarr fil-beraħ – li attività li sejra tajjeb u qed trendi, tħalliha tiffjorixxi.

    Biss min iħares minn barra lejn is-settur tat-trobbija tal-ħut fil-pajjiż żgur fehem xinhu għaddej. U messha dehret ħaġa ċara li l-illaxkar fil-kontrolli se jwassal biex il-ħmieġ ġenerat mill-irziezet jasal sax-xtajtiet.

    Fuq dal-punt imbagħad, meta tkun trid tittieħed azzjoni biex l-abbużi jitrażżnu, wieħed jistenna li jqumu l-argumenti dwar kemm dan hu qasam li qed jimpjiega nies u xi flus qed iqalla’ lill-pajjiż.

    Mhux darba jew tnejn, l-argumenti jirnexxielhom ibenġlu l-effett tal-miżuri li jkunu se jittieħdu. Isir ċaqliq amministrattiv biex jiġi żgurat li r-regolamenti qed jiġu osservati.

    Malli l-qagħda tikkalma, kollox jerġa’ lura għal li kien qabel.

    ***

    SPANJA INGOVERNABBLI?

    Dawn l-aħħar xhur fi Spanja, il-qagħda politika baqgħet staġnata, minkejja li nżammu żewġ elezzjonijiet ġenerali. Minn dominanza ta’ żewġ partiti – il-popolari u s-soċjalisti, ix-xenarju politiku nfetaħ għal erba’. Ħadd minnhom ma ngħata maġġoranza; mingħajr koalizzjoni, ma jistax jitwaqqaf gvern.

    Fir-rebbiegħa, is-soċjalisti ipprovaw jifformaw koalizzjoni; u issa l-akbar partit fil-Parlament, il-Popolari mmexxija mill-Prim Ministru Rajoy. It-tnejn ma sabux maġġoranza tivvota favurihom.

    L-imblokk parlamentari donnu juru l-problemi li jinqalgħu meta minn waħda ta’ żewġ partiti, is-sistema parlamentari tinbidel bil-wasla ta’ partiti “żgħar”. Iqumu żewġ problemi: il-politikanti l-“qodma” ftit ikunu mdorrija jaqilbu minn qagħda ta’ konfrontazzjoni għal waħda li biha tibni koalizzjoni; il-kalkoli tal-partiti isiru aktar kumplessi – biż-żgħar attenti kif iżommu posthom il-ġdid u jilħqu lill-kbar; u tal-aħħar jimmanvraw biex ifixklu liż-“żgħar”.   

    ***

    BANKINI

    Ċemplitli mara anzjana minn San Pawl il-Baħar biex tilmenta dwar kif saru jinbnew il-bankini biex jifformaw rampi kull fejn hemm daħla għal garaxx privat. Peress li n-numru ta’ garaxxijiet li jiftħu fuq it-triq dejjem jiżdied, il-wiċċ tal-bankini ma jibqax ċatt imma jimtela b’tundjaturi.

    Tidher kwistjoni ta’ bla importanza. Mhijiex frivola għal min hu anzjan imma għax malajr tista’ titfixkel u taqa’ fuq bankini miġbuda b’dal-mod.

    Anzjani li jaqgħu minħabba f’hekk jistgħu jiksru xi għadma jew oħra, b’konsegwenzi diżastrużi. Il-mara qaltli kif ipprovat titkellem ma’ kulħadd, minn Kastilja, sal-kunsill lokali sa Trasport Malta u ħadd ma ta kas.

    Mhux sew. Daqskemm qed jiżdiedu l-garaxxijiet  qed jiżdiedu l-anzjani. Żgur li l-bankini jistgħu jitfasslu mod ieħor biex jakkomodaw lil min għandu garaxx.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0