Kważi mija u tletin sena ilu, f’Novembru 1883, fil-port ta’ Townsville belt fi Queensland l-Awstralja, waslu 74 irġiel Maltin. Barra xi sebgħa li kienu ħarbu minn Malta fuq il-vapur li wassalhom hemm, in-Nuddea, huma telqu għall-Awstralja b’kuntratt biex jaħdmu fl-għelieqi tal-kannamieri. Il-Maltin sabu laqgħa mill-agħar. Niżlu fi grupp fiċ-ċentru tal-belt. Kienu imnittna u diżutli imma ferħanin li fl-aħħar jinsabu l-art.
F’Townsville, ir-residenti beżgħu minnhom, qisuhom bħala nies ta’ razza inferjuri, injoranti u li ġew fosthom biex jisirqulhom ix-xogħol u biex bil-preżenza tagħhom, jitqaċċtu l-pagi tal-ħaddiema Awstraljani. Il-Maltin infirxu ma’ Townsville, l-aktar fejn sabu ħwienet tax-xorb jew nimmaġina, tan-nisa. Uħud spiċċaw arrestati għal darba tnejn. Oħrajn qalgħu xebgħa. Meta ġew biex jeħduhom lejn l-irziezet tal-kannamieri fejn kien jistennihom ix-xogħol skont il-kuntratt tagħhom, ma ridux jitilqu. Qamet ferneżija sħiħa. Mill-ġdid uħud minnhom ġew imsawta jew arrestati.
Ħsibt f’dan l-inċident minsi matul l-aħħar kontroversja li qamet dwar il-qagħda tal-immigrazzjoni llegali f’pajjiżna. Ninsabu fl-istess pożizzjoni bħar-residenti ta’ Townsville. U min għandu “raġun” – l-immigranti jew ir-residenti? L-immiganti kienu u għadhom qiegħdin ifittxu xogħol u ħarsien. Ir-residenti ma jridux iċedu pulzier mill-ħajja li bnew f’pajjiżhom. Ir-residenti f’dal-każ tal-llum huma aħna, it-tfal tat-tfal tat-tfal ta’ dawk il-Maltin minsija li niżlu f’Townsville.
***
JJ
JJ Camilleri kien wieħed minn erbgħa poeti li fil-ktieb “Kwartett” ferqu linja ġdida fil-poeżija Maltija. Fl-istess żmien, f’nofs is-snin sittin tas-seklu l-ieħor, JJ ħareġ ir-rumanz “Aħna Sinjuri” fil-kullana tal-ġurnal “It-Torċa”. Dejjem rajtu superjuri għall-poeżiji li ppubblika f’“Kwartett”. Kien rumanz li minkejja kollox, irnexxielu jġedded il-kitba tar-realiżmu soċjali fil-letteratura Maltija. Ta impenn soċjo-politiku li kien nieqes qabel f’dit-tip ta’ kitba kreattiva. Jien xebbahtu mal-kitbiet li kienu influwenti f’dawk is-snin fost iż-żgħazagħ li jiddilettaw bil-letteratura, il-kitbiet tal-“irġiel zgħazagħ imgħaddba”. Fis-snin ħamsin fl-Ingilterra, kienu għamlu furur b’rumanzi bħal “Saturday Night and Sunday Morning”.
Veru li l-istil ta’ JJ kien kompletament differenti minn tal-“angry young men”.
It-tema fondamentali tiegħu kienet il-konflitt bejn il-ġdid u t-tradizzjonali. Fil-kitbiet maturi tiegħu, JJ ipprova jiddefinixxi x’kien il-ġdid u x’kien it-tradizzjonali. Il-kuntradizzjonijiet li ltaqa’ magħhom u ta xhieda tagħhom f’kitbietu, anki forsi b’modi li hu stess ma għarafx li qed jagħmel, għad iservu ta’ linja-gwida dwar kif irnexxielna – jew ma rnexxilniex – nagħrblu l-bidliet li seħħu u għadhom jitwettqu fis-soċjetà tagħna.
...Minn hawn intenni l-espressjoni ta’ kondoljanzi lill-famija tiegħu għat-telfa li ġarrbet b’mewtu. JJ kien bniedem rett, kwiet, sinċier u determinat.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.
anonimu
Lul 12, 2012JJ kien gentlom mill-aqwa
Irrispondianonimu
Lul 12, 2012Alfred Sant ghandu ragun fl-argument tieghu dwar l-immigrazzjoni. Nghid iktar... kemm mill-familji taghna marru l-Awstralja u l-Kanada u l-Istati Uniti ninsew¿
Irrispondianonimu
Lul 13, 2012L-immigranti li qed jigu f'Malta qed itellghu hafna hsibijiet differen
Irrispondianonimu
Lul 13, 2012Pinna brillanti bhal dejjem
Irrispondianonimu
Lul 13, 2012Dr Sant has offered an insightful opportunity for reflection to the Maltese public. As a former Prime M
Irrispondi