Ara vera ma tridx ikollok xi tgħid ma’ dan it-tifel!

    Joey Maffo, ta’ 12-il sena minn South Carolina, qed jirċievi l-proset wara li salva lil ġara tiegħu minn kukkudril! Dan it-tifel ħa l-azzjoni b’idejh hekk kif il-ġara tiegħu f’Hilton Head kienet għadha kemm ġiet attakkata.

    Hekk kif kienet qiegħda tippassiġġa fil-lokal bil-klieb tagħha, il-ġara ta’ 50 sena Tamra Shattuck ingidmet f’saqajha minn kukkudrill maħrub.

    Bħal supereroj li niżlu mis-sema, it-tifel flimkien man-nannu tiegħu Joe Maffo telqu jfittxu dan il-kukkudrill u ħadu inqas minn ġurnata biex sabu fejn dan il-kukkudrill kien qed jistaħba. Erba’ sigħat wara, Joey qabeż fuq il-kukkudrill ta’ tmien piedi u rnexxilu jaqbdu.

    “Qbadt il-kukkudrill minn għonqu b’mażra u ġbidtu fuq l-art. Joey qabeż fuqu u rabatlu t-tejp ma’ saqajh u ħalqu biex ma jweġġa’ lil ħadd aktar,” saħaq in-nannu Joe.