Champions League: Draw fl-ewwel leg bejn AC Milan u PSV

    AC Milan jinsabu vantaġġjati fil-logħba tal-‘play-off’ miċ-Champions League fuq PSV Eindhoven wara ‘draw’ ta’ 1-1 fl-Olanda.

    Il-gowl minn daqqa ta’ ras ta’ Stephan El Shaarawy ta’ lil Milan il-vantaġġ b’gowl away, qabel ma Tim Matavz ħa l-vantaġġ minn żball tal-gowlkiper ta’ Milan Christian Abbiati biex kiseb id-‘draw’.

    F’partiti oħrajn kien hemm rebħiet minn Real Sociedad, Zenit St Petersburg u mill-klabb Ċek Plzen. Celtic ingħelbu 2-0 minn Shakhter Karagandy hekk kif it-tim Russu ta’ Zenit rebħu 4-1 kontra t-tim Portugiż ta’ Pacos Ferreira.

    Sadanittant Lyon qed isibuha diffiċli biex jaslu sal-fażi tal-gruppi wara telfa ta’ 2-0 ma’ Real Sociedad.

    Riżultati tal-bieraħ:

    Lyon 0 – 2 Real Sociedad

    PSV 1 – 1 AC Milan

    Plzen 3 – 1 Maribor

    Pacos Ferreira 1 – 4 Zenit St Petersburg

    Shakhter karagandy 2 – 0 Celtic