Fiduċja fil-mexxejja … Joseph Muscat b’fiduċja d-doppju ta’ Adrian Delia

    Meta n-nies ġew mistoqsija lil liema mexxej ta’ partit l-aktar li tafda f’Malta’,fost il-votanti li ivvutaw PL fl-2017, 89.8% qalu li jafdaw l-aktar lil Joseph Muscat, 7.9% irrifjutaw li jwieħbu jew huma indeċiżi, 0.7% qalu oħrajn u 1.6% qalu li ma jafdaw lil ħadd.

    Fost il-votanti li ivvutaw PN fl-2017, 60.5% qalu li jafdaw lil Adrian Delia 30.5% irrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi 1.8% qalu li jafdaw lil Joseph Muscat u 7.2% qalu lil ħadd.

    Meta wieħed japplika mudell xjentifiku fuq dawk li irrifjutaw li jwieġbu,wieħed jkun jista’ jsib replacement xjentifika għal dan il-grupp ta’ nies. Dan il-metodu jissejjaħ Multiple Imputation Technique u b’hekk wieħed joħroġ il-figuri aktar ċari tar-riżultati finali ta’ bejn iż-żewġ mexxejja. B’hekk il-prediction xjentifika tar-riżultat bejn il-mexxejja huwa 51.3% l-aktar li jafdaw lil Joseph Muscat, 25.6% l-aktar li jafdaw lil Adrian Delia, 8.2% qalu li ħadd u1.6% qalu oħrajn.