Player fl-Ukrajna sospiż minħabba reazzjoni għal kant razzista

    Il-player Brażiljan, Taison, ġie sospiż logħba minħabba r-reazzjoni tiegħu għall-abbuż razzista waqt partita mill-kampjonat Ukren.

    Il-midfielder ta’ Shakhtar Donetsk wera subajgħ tan-nofs lill-partitarji ta’ Dinamo Kiev li kien qed jiġi mgħajjar b’kant tax-xadini bil-konsegwenza li xeħet il-ballun fl-istands. Huwa mill-ewwel ġie muri l-karta l-ħamra.

    Għaldaqstant l-FA Ukrena ħarġitlu sospensjoni ta’ logħba u oħra sospiża ta’ żewġ logħbiet.

    Min-naħa tal-club ta’ Dinamo Kiev, dawn ġew immultati €20,000 u ordnati biex jilagħbu l-partita li jmisshom f’darhom bil-bibien magħluqin.