PSG u Bayern Munich wara Emre Can

    Paris St Germain u Bayern Munich qed isegwu aktar mill-viċin il-progress tal-midfielder difensiv ta’ Juventus, Emre Can. Dan tal-aħħar mhux kuntent bis-sitwazzjoni mal-Bianconeri minħabba li mhux jilgħab u lest li jbiddel il-club proprju f’Jannar meta jerġa’ jiftaħ is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa.

    Sadanittant, il-coach ta’ PSG Thomas Tuchel qed jara lil Can bħala akkwist importanti li jaf isaħħaħ nofs il-ground. Juventus qed jistmaw li l-player jiswa madwar €30 miljun sabiex xi team prospettiv jakkwistah.

    Can lagħab mat-team nazzjonali Ġermaniż fil-logħba mirbuħa bl-iskor ta’ 6-1 kontra l-Irlanda ta’ Fuq.