“Il-kritika għandha dejjem issir b’kalma sħiħa mingħajr provokazzjonijiet” - il-PM dwar protesti barra l-Parlament

    “Il-kritika għandha dejjem issir b’kalma sħiħa mingħajr provokazzjonijiet u mingħajr wieħed ma jaqa’ għall-provokazzjonijiet.”

    Hekk qal il-Prim Ministru Joseph Muscat meta ġie mistoqsi mill-ġurnalisti waqt li kien f’Għawdex biex jinawgura l-iskola medika ta’ Barts.

    Mistoqsi mill-ġurnalisti jekk wara li għaddew 24 siegħa jekk kellimx lill-Ministru Konrad Mizzi, Muscat qal li wieħed irid iħalli jgħaddi l-ħin għall-proċessi kollha. “Dawn għadhom għaddejjin u nisgħu ngħidu li wasalna fi żmien li ħaddiehor ħaseb li mhux se naslu għalih.”

    Il-Prim Ministru żied jgħid li, “id-deċiżjonijiet tant ħadthom li wasalna f’punt bla preċedent li kelna żblokk fuq investigazzjoni ta’ krimini ewlieni. Jiena kuntent li dak li ħaddiehor qal li ma jistax isir, qiegħed isir. L-istituzzjonijiet qegħdin jaħdmu.”