Tliet timijiet jsegwu lil Milan Skriniar

    Manchester United, Real Madrid u Barcelona qed isegwu b’interess il-progress tad-difensur ta’ Inter Milan Skriniar. Il-plejer ta’ 24 sena qed jilgħab b’mod regolari taħt il-gwida tal-coach Antonio  Conte minħabba l-awtoritá li jħaddan fil-qalba tad-difiża fejn jagħti kunfidenza kbira lil sħabu.

    Skriniar diġá lagħab 30 partita mat-team nazzjonali Slovakk u mhux ta’ b’xejn li dawn it-tliet timijiet rinomati Ewropej qed iħarsu lejh b’ċertu ammirazzjoni. Għalkemm ma tantx jidher li l-player jiċċaqlaq f’Jannar, iż-żewġ timijiet Spanjoli mistennija jippruvaw jiksbu l-firma tiegħu f’Ġunju li ġej. Qed jingħad li huma se joffru aktar minn €50 miljun sabiex jaslu għalih.

    Milan Skriniar għandu 24 sena u kemm ilu ma’ Inter lagħab 84 partita u skorja erba’ gowls.