Mistenni numru kbir ta’ atleti internazzjonali għall-Eurospost Malta International Challenge Marathon

    Mal-200 atleta individwali huma mistennija jieħdu sehem fil-Eurosport Malta International Challenge Marathon, li se ssir bejn it-22 u l-24 ta’ Novembru.

    Din l-isfida ilha sseħħ fl-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Novembru għal aktar minn 20 sena u tikkonsisti f'maratona sħiħa mifruxa fuq tlett ijiem.

    Nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Novembru l-atleti ser  jikkompetu fir-rotta  ta’10 Mili (16.049km) fis-Siġġiewi, nhar is-Sibt fuq rotta ta’ 5km f’Marsacala, waqt li l-itwal tappa tkun in-nofs maratona se ssir nhar il-Ħadd 24 f’Buġibba / Qawra.

    It-tellieqa, li hija organizzata mill-Birkirkara St./ Joseph Sports Club taħt l-awspiċji tal-Malta Amateur Athletics Association u taħt ir-regolamenti tal-IAAF. It-tellieqa hija wkoll formalment rikonoxxuta mill-AIMS (Association of International Marathons and Distance Races). Dan ir-rikonoxximent ra l-interess imġedded u żdied parteċipazzjoni internazzjonali. Iċ-Challenge attirat kważi 100 atleta barrani, li qed jivvjaġġaw lejn Malta speċifikament għal din it-tellieqa unika.

    Il-Eurosport Malta International Challenge Marathon hija sponsorjata minn Eurosport Malta, Gatorade, Farsons, AIMS, Dolmen Hotel, Malta National Aquarium, Ron Hill, Team Barry u appoġġjat minn Nyoo, The Pasta Shop fil-PAVI & PAMA, Uncle Matt’s Kitchen.

    Għal aktar informazzjoni żuru is-sit elettroniku - http://www.maltachallengemarathon.com