'Ful imqaxxar' tal-marka 'Mill-Kċina taz-Zija' irtirat mis-suq... Jaqbeż il-livell massimu preskritt tal-pestiċida

    Skont l-Att dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi, l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tixtieq tgħarraf lill-pubbliku dwar sejħa li l-importatur u d-distributur għamel tal-prodott ‘Ful imqaxxar’ disponibbli f'pakketti ta’ 450g tal-marka ‘Mill-Kċina taz-Zija’, lott: CA26419 bid-data best before 30.09.2021.

    Dan il-prodott ġie rtirat mis-suq peress li nstab li fih il-preżenza ta' residwu ta' Benzalkonium chloride li jaqbeż il-livell massimu preskritt tal-pestiċida.

    Il-konsumaturi li xtraw dan il-prodott qiegħdin jintalbu jieqfu milli jikkonsumaw l-imsemmi prodott u jirritornawh lura minn fejn xtrawh.

    Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet oħra, tista’ tikkuntattja l-MCCAA fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt