[RITRATTI] Renault Kadjar il-ġdida tagħmel il-ħajja tas-sewwieq iktar faċli u toffri iktar effiċjenza

    Għadu kif wasal Malta, il-mudell il-ġdid tar-Renault Kadjar. Kif wieħed jista’ jinnota, għamel progress f’kull qasam mill-mudell preċedenti. Il-parti interjuri reġgħet ġiet iddisinjata biex toffri is- sewqan ta’ kuljum b’iktar esperjenza pjaċevoli.  Iktar minn hekk ir-Renault Kadjar qed joffri għażla ta’ magni għal iktar sodisfazzjon fis-sewqan.

    L-istil tal-karozza huwa wieħed mir-raġunijiet vari għaliex dan il-mudell l-iktar li inxtara.  Il-linji tar-Renualt Kadjar,issa, huma iktar eleganti, fluwidi u rrafinati.

    Fil-parti ta’ quddeim, il- mudell il- ġdid, tal- Kadjar  għandu dik li tissejjaħ C-Shape light signature meħuda mir-range tar-Renault.  Din tkun imsaħħa permezz tal-integrazzjoni t’indicators LED fid-daytime running lights.  Il-fog lamps ukoll għandhom LEDs b’teknoloġija li ġġib l-isem ta’ LED Pure Vision fejn fuq ċerti mudelli toħroġ standard.  Bħala riżultat, il-konsum tal-enerġija huwa sitt darbiet inqas minn dak ta’ lampi halogen.  

    Fuq in-naħa ta’ wara, imbagħad, l-indicators, l-istess bħar-reversing lights u l-fog lamps huma integrati fil-bumper jiex jirriflettu finish iktar eleganti.

    Id-ditta għamlet ukoll sforz kbir biex tkompli ssaħħaħ il-parti interjuri tal-vettura, kemm fejn tidħol kwalita` kif ukoll il-modernita` tal-kabina.  Il-karozza tinkludi multimedia touchscreen iktar eleganti.  Dan it-touchscreen, 7” jiffunzjona permezz tas-sistema Renault R-LINK 2.

    Is-sistema tal-arja kkundizzjonata qed toħroġ b’control panel ġdida awtomatika – disinn iktar modern u ergonomiku.  Dan juri t-temperatura u l-ventilazzjoni b’mod ċar u intuittiv.   Saru wkoll iktar żviluppi kemm fil-kwalita` u anke fl-għażla ta’ kuluri disponibbli.  Dan japplika wkoll għall-ergonomija tal-karozza bħal seats, interior panels u d-distribuzzjoni tas-sħana fil-karozza.

    Dan kollu kien maħsub biex il-prattiċita` tal- mudell il- ġdida tar-Renault Kadjar tagħmel il-ħajja tas-sewwieq iktar faċli u toffri iktar effiċjenza fil-fuel, kif ukoll fil-performance, minkejja li tarmi inqas emissjonijiet.

    Fl-2015 ir-Renault Kadjar stabilixxa pożizzjoni b’saħħitha fis-segment tal-SUVs kompatti.  Il-linji sottili tal-mudell, u l-kwalitajiet dinamiċi u komdi, attiraw firxa wiesgħa ta’ konsumaturi. Fil-fatt sa mill-ewwel introduzzjoni fis-suq, dan il-mudell kien magħżul minn iktar minn 450,000 konsumatur f’iktar minn 50 pajjiż.   Fl-istess waqt, il-Kadjar ibbenifika mill-esperjenza fis-sistemi tal-all-wheel drive flimkien mal-kapaċitajiet tal-off-road.