“Nemmen li hija deċiżjoni li rrid nerfa’ waħdi … nappella biex inżommu l-prudenza” - Il-Prim Ministru

    F’kummenti li ta lil midja l-Prim Ministru Joseph Muscat hu u dieħel Kastilja saħaq li bagħat ittra lil Avukat Ġenerali jekk biex kemm-il darba jingħataw il-provi meħtieġa li jwasslu għal prosekuzzjoni tal-mandatatur tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia dak li qed jissejjaħ il-middleman jiġi rakomandat li jingħata l-maħfra Presidenzjali.

    Muscat sostna li ħass li kellu jerfa’ r-responsabilità waħdu bħala Prim Ministru tal-pajjiż biex bi provi b’saħħithom jitressaq quddiem il-ġustizzja l-mandant tal-qtil ta’ Caruana Galizia.

    Fir-rigward tat-tempistika l-Prim Ministru Muscat tenna li ma jemminx li l-proċess se jkun ikkaratterizzat minn xhur, iżda lanqas mhu se jkun qed jikkonsisti minn biss ftit jiem.

    Il-Prim Ministru spjega li l-persuna meqjusa bħala middleman bħalissa tinsab taħt protezzjoni stretta u appella għall-prudenza u l-kawtela min-naħa tal-midja.