Katavru ta' mara jittella' mill-Balluta

    Dalgħodu għall-ħabta tas-7.10a.m. intlemaħ katavru ta’ mara fil-Bajja tal-Balluta, f’San Ġiljan.

    Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post biex jassistu iżda l-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

    Sa issa għad m’hemmx dettalji tan-nazzjonalità u età tal-mara. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.