Sewwieq ta' mutur ikorri f'ħabta ma' trakk

    Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bejn vann u trakk. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.00 p.m. fi Triq is-Siġġiewi, f’Ħaż-Żebbuġ.

    fuq il-post mar tim mediku li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.