Jirbħu 27-0 ... iżda jkeċċu l-coach

    Normalment coach jiġi mkeċċi wara li jonqos milli jġib ir-riżultati mixtieqa mill-club jew meta jkun ġej minn sensiela ta’ telfiet konsekuttivi. Minkejja kollox coach jista’ jitkeċċa sempliċement għax it-tim tiegħu jkun rebaħ bl-iskor ta’ 27-0! Hekk ġralu l-coach tat-team żagħżugħ Invictasauro, Massimiliano Riccini, wara din ir-rebħa sensazzjoali fuq Marina mill-kampjonat tal-Primavera Taljana.

    Il-president ta’ Invictasauro, Paolo Brogelli, qal li Riccini naqas milli japplika l-valuri sportivi u baqa’ jgħid lill-players tiegħu sabiex ikomplu jiskorjaw, xi ħaġa li ma niżlitx tajjeb mal-istess Brogelli. Dan tal-aħħar skuża ruħu mal-president ta’ Marina u qal li se jkun qed jieħu din id-deċiżjoni f’ġieh l-etika sportiva.

    Brogelli sostna li l-coach partikolarment dawk taż-żgħażagħ għandhom id-dmir li jedukaw lill-players li fl-isport mhux ir-rebħ biss jgħodd iżda r-rispett lejn l-avversarju.