Trump jgħid li jinsab “tajjeb ħafna” wara testijiet fiżiċi li sarulu fl-aħħar sigħat

    Il-President Amerikan Donald Trump qal li jinsab “tajjeb ħafna” u b’saħħtu wara li lesta l-ewwel fażi tat-testijiet fiżiċi li jagħmel ta’ kull sena.

    Il-White House kkonfermat li lbieraħ il-President Amerikan kien għamel xi testijiet mediċi f’Walter Reed Medical Center f’Washington. Minkejja din l-istqarrija minn naħa ta’ Trump, jidher li s’issa ma nħarġu l-ebda dettalji ta’ dawn ir-riżultati.

    Waqt il-kampanja tiegħu Trump kien ipproduċa ittra li tgħid li jekk kemm il-darba jinħatar President kien se jkun “l-aktar individwu b’saħħtu li qatt ikun ġie elett”, iżda aktar tard it-tabib li kien jidher bħala l-awtur ta’ din l-ittra qal li kien l-istess Trump li kiteb l-ittra.