MPT tissospendi lix-xufier wara l-ewwel parti tal-investigazzjoni interna

    Fi stqarrija maħruġa minn Malta Public Transport, il-kumpanija kkonfermat dwar vettura li aktar kmieni kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Furjana.

    Il-kumpanija kkonfermat li ħadd ma ndarab fl-imsemmi inċident u li fil-vettura ma kienx hemm passiġġieri.

    Il-kumpanija bagħtet uffiċjali minn tagħha immedjatament fil-post u b’rabta ma’ dan il-każ tinsab għaddejja investigazzjoni interna.

    MPT żiedet tgħid li x-xufier ġie sospiż wara r-riżultati tal-ewwel parti tal-investigazzjonijiet.

    L-istqarrija temmet tgħid li l-kumpanija tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent u rringrazzjat lill-awtoritajiet rispettivi għall-assistenza immedjata tagħhom.