Żewġ timijiet wara Franck Kessie

    Napoli u Wolverhampton Wanderers jinsabu interessati fis-servizzi tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Milan Franck Kessie.

    Dan tal-aħħar xejn ma jinsab kuntent ma’ Milan li qed iqisuh bħala ribell minħabba li qed jikkontesta l-programm ta’ taħriġ li qed jagħmel il-coach Stefano Pioli. Ftit tax-xhur ilu Kessie kien saħansitra għajjar lill-ex coach Gennaro Gattuso meta kien ġie mibdul f’partita mill-kampjonat tas-Serie A.

    Kessie, li huwa mill-Ivory Coast, jinsab determinat li jsib destinazzjoni ġdida f’Jannar li ġej meta jerġa’ jiftaħ is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa.

    Kessie għandu 22 sena u ngħaqad ma’ Milan fis-sena 2017 fejn lagħab 81 partita u skorja 13-il goal.