Moise Kean mhux kuntent ma’ Everton

    Missier Moise Kean żvela kemm ibnu jinsab fuq qalbu ma’ Everton FC. Jean Kean ammetta li ibnu Moise ta’ spiss iċempillu mbikkem li ma jistax jidra fl-Ingilterra filwaqt li ftit qed juri l-aqwa tiegħu f’Goodison Park.

    Jidher li Roma jinsabu interessati fis-servizzi tiegħu. Missieru jixtieq ħafna li dan it-trasferiment iseħħ sa minn Jannar sabiex barra li jkollu lil ibnu maġenbu, jarah kuntent.

    Jean Kean ikkritika lil Juventus li ma tawhx ċans ikompli l-avventura magħhom filwaqt li stqarr li l-aġent Mino Raiola jara biss il-flus.

    S’issa l-player ta’ 19-il sena lagħab disa’ partiti mat-Toffees iżda ma skorja l-ebda gowl.