Christian Kouame jweġġa’ l-cruciate

    L-attakkant ta’ Genoa, Christian Kouame, mistenni jibqa’ barra għal xi żmien wara li weġġa’ l-ligament tal-cruciate waqt il-logħba internazzjonali ta’ taħt it-23 sena li l-Ivory Coast kellhom kontra l-Afrika t’Isfel.

    Kouame kellu joħroġ izappap mill-ground fit-72 minuta wara kuntrast ma’ player avversarju.

    Bħalissa l-plejer ta’ 21 sena jinsab lura fl-Italja sabiex jara l-gravitá ta’ din l-injury li sofra. Hu mistenni wkoll li jkollu viżta fil-klinika f’Genova għalkemm mill-ewwel rapporti li kien hemm, l-aħbarijiet ma tantx jidhru daqshekk sbieħ.

    Din tista’ tkun daqqa ta’ ħarta għal Genoa li qed jibbażaw id-dipartiment offensiv fuqu. Huwa skorja ħames goals fi 11-il logħba staġjonali għal Gialloblú.

    Il-player kien qed jissemma’ li jista’ jingħaqad ma’ Inter f’Jannar li ġej.