Lucas Torreira flok Allan?

    Bla dubju li Napoli xejn m’huma għaddejjin minn mumenti sbieħ. Wara li l-players irrifjutaw li jmorru għall-irtir sfurzat mill-president Aurelio de Laurentis, dan tal-aħħar lest li jtajjar xi rjus sabiex apparti li jkun hemm iktar armonija fit-tim, ikun hemm arja ġdida f’Castel Volturno.

    Hekk kif il-midfielder Brażiljan Allan jidher li mhux se jibqa’ mal-Partenopei, id-direttur sportiv Cristiano Giuntoli qed jirsisti sabiex isib sostitut għalih.

    Dan jista’ jkun il-plejer ta’ Arsenal, Lucas Torreira, li Napoli ilhom isegwuh għal dawn l-aħħar ġimgħat. Torreira għandu 23 sena u ilu ma’ Arsenal sa mis-sena 2018 fejn skorja tliet goals fi 42 partita.

    Ladarba dan il-player imur mat-team min-naħa t’isfel tal-Italja, jaf ikun ir-ritorn tiegħu fl-Italja wara li fil-passat lagħab ukoll ma’ Pescara u Sampdoria.