Lucas Paqueta jonqos milli jibbrilla anke mal-Brażil

    Il-perjodu xejn sabiħ tal-attakkant Brażiljan Lucas Paqueta jidher li se jkompli għaddej meta l-player ta’ 22 sena xejn ma bbrilla fil-logħba internazzjonali ta’ ħbiberija li l-Brażil lagħbu kontra l-Arġentina u li tilfu bl-iskor ta’ 1-0.

    Kien goal ta’ Lionel Messi li għamel id-differenza kollha f’din il-logħba tant akkanita. Fl-assenza ta’ Neymar li għadu mweġġa’, Paqueta lagħab bil-flokk numru 10 iżda kellu wirja ferm kwieta.

    L-ex player ta’ Flamengo qed ikollu staġun diżappuntanti ma’ Milan u minkejja li lagħab 10 logħbiet minn 12, qed jonqos milli jħalli l-impatt meħtieġ mar-Rossoneri.

    Paqueta ilu ma’ Milan sa mill-bidu ta’ din is-sena fejn lagħab 23 partita u skorja goal wieħed biss.