Inter determinati li jiġbru l-flus ta’ Gabigol

    Minkejja l-forma tajba li għaddej minnha ma’ Flamengo, id-diriġenti ta’ Inter jinsabu determinati li jneħħu lill-attakkant Brażiljan Gabriel Barbosa magħruf aħjar bħala Gabigol. Kemm Giuseppe Marotta kif ukoll Piero Ausilio qed jaħdmu bla heda sabiex isibulu destinazzjoni ġdida hekk kif fil-31 ta’ Diċembru li ġej jiskadilu l-perjodu ta’ self ma’ Flamengo.

    Bħalissa Gabigol għaddej minn mument mill-aqwa hekk kif skorja 21 goal staġjonali sabiex għen lit-team tiegħu jitla’ fl-ewwel post tal-klassifika bi 78 punt minn 33 logħba.

    Gabigol se jkun qed jilgħab fil-finali tal-Copa Libertadores kontra River Plate fit-23 ta’ Novembru.

    Huwa mifhum li l-istess Flamengo huma lesti li jixtru għal kollox lil dan il-player ta’ 23 sena li jiswa madwar €18-il miljun.