Gianluigi Donnarumma se jerġa’ jġedded ma’ Milan?

    Dawn se jkunu jiem u ġimgħat ferm impenjattivi għall-aġent rinomat Mino Raiola. Fuq l-aġenda hemm l-ismijiet ta’ diversi players li se jkunu qed jiċċaqilqu fis-suq ta’ Jannar u dawn huma Zlatan Ibrahimovic u Moise Kean għalkemm jistgħu jissemmew ukoll Lorenzo Insigne u Gigi Donnarumma.

    Dan tal-aħħar għad għandu kuntratt ma’ AC Milan li jiskadi fis-sena 2021 għalkemm teżisti possibbiltá li l-goalkeeper żagħżugħ jista’ jfittex avventura ġdida saħansitra fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. L-argument kien li r-Rossoneri qegħdin attenti  minħabba l-Fair Play Finanzjarju filwaqt li moħħhom qed iberren sabiex ma jitilfux lill-istess Donnarumma u jħeġġuh minn issa biex jiffirma kuntratt ġdid ... iżda bħal donnu qed itella’ u jniżżel x’għandu jagħmel.

    Huwa rrappurtat li Juventus qatt ma qatgħu qalbhom li jakkwistaw il-firma tiegħu u b’Wojciech Szczesny li wkoll jiskadilu l-kuntratt fl-istess sena, kollox jista’ jkun possibbli.