''Dak li jiġri meta toħroġ il-borża taż-żibel il-ħażina, kollox imur fl-istess trakk''

    Fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, residenti Slimiżi lmentaw li xi wħud mir-residenti qed joħorġu l-boroż taż-żibel il-ħżiena u mhux fil-ġranet propja tagħhom.

    Residenta partikolari, li tefgħet ritratt ta’ ħaddiem jiġbor boroż bojod, suwed u xi kartun qalet li, “dak li jiġri meta toħroġ il-borża taż-żibel il-ħażina... kollox jintrema fi trakk wieħed.”