''Ġenju ta’ disa’ snin'' mistenni jiggradwa mill-Universit√† tat-Teknoloġija f’Eidhoven... Se jkompli jistudja biex jikseb dottorat

    Laurent Simons, tifel ta’ disa’ snin, qed ikun deskrit bħala “ġenju u straordinarju”. Dan għaliex fl-età tenera ta’ disa’ snin huwa mistenni jiggradwa mill-Università tat-Teknoloġija, f’Eidhoven l-Olanda. Huwa mistenna jiggradwa f’Diċembru li ġej bil-pjan li jibda jistudja kors ieħor li jwasslu għad-Dottorat.

    Minkejja li l-ġenituri ta’ Laurent, Lydia u Alexander Simons għandhom il-professjoni ta’ tobba, ghadhom ma jafux kif binhom żviluppa din l-intelliġenza li normalment tevolvi mal-persuna hekk kif jgħaddi ż-żmien.

    Indubjament, it-talent ta’ Laurent qed jattira numru ta’ Universitajiet ta’ kalibru li lesti jħalsulu d-dottorat.

    F’intervista, l-ġenituri “tal-ġenju” qalu li ma jridux li jtelfu t-tfulija lil Laurent u għalhekk iħallu lilu jagħżel x’verament irid jagħmel.