ARA: Abi l-kangaroo, kull filgħodu tgħannaq lil dawk il-voluntiera li għaxar snin ilu salvawlha ħajjitha

    Bħalma l-bniedem juri l-emozzjonijiet tiegħi b’diversi modi dfferenti, hekk ukoll jagħmlu l-annimali lejn xulxin jew lejn il-bnedmin stess. Eżempju ċar ta’ dan hija l-istorja ta’ Abigail, kangaroo li ta’ kull filgħodu appena tqum, tibda tgħannaq lill-voluntiera tas-santwarju li għaxar snin ilu salvawlha ħajjitha.

    Meta kellha biss ftit xhur, Abi tilfet lil ommha. Wara ftit, ittieħdet fis-Satwarju tal-Kangaroos fl-Awstralja b’numru ta’ ġrieħi. Fis-santwarju, Abi li dak iż-żmien kienet għadha ‘joe’ intlaqgħat b’imħabba liema bħalha. Minħabba l-attitudni pożittiva u ferrieħa ta’ Abi, is-santwarju tawha l-laqam “tar-reġina”.

    Filmat - The Kangaroo Sanctuary Alice Springs