Yau-Mun Law, il-plejer li sofra attakk tal-qalb fil-grawnd, joħroġ mill-Isptar

    Yau-Mun Law, li ftit tal-ġimgħat ilu tah attakk tal-qalb fil-grawnd waqt logħba futbol bejn it-tim li jilgħab miegħu hu St. Venera Lightnings u Ħal Kirkop, ħareġ mill-Isptar Mater Dei. 

    Law issa mgħadux fil-periklu li jitlef ħajtu u jista' jkompli jkun rikoverat f'daru stess. 

    Il-każ ta' Law qajjem kontrversja sħiħa fix-xena lokali tal-futbol, wara li waqt il-partita li fiha seħħ dan l-inċident ma kienx hemm ambulanza li setgħet tieħdu mal-ewwel l-Isptar. Konsegwenza ta' dan, il-plejer kellu jistenna madwar 30 minuta sakemm wasslet ambulanza u ħaditha l-Isptar.