Jgħumu mat-8 Kilometri wara li nġarru minn tsunami kkawżat mill-uragan Dorian f'Settembru

    Żewġ baqriet u għoġol li nġarru ’l barra minn North Carolina mill-ilmijiet kawża tal-uragan Dorian nstabu ħajjin. Milli jidher il-bhejjem irnexxielhom jgħumu madwar tmien Kilometri sakemm sabu ruħhom fil-park ta’ Cape Lookout National Seashore.

    Dawn il-bhejjem kienu rrapurtati neqsin f’Settembru wara li l-Urugan Dorian iġġenera bħal tsunami li kaxkar miegħu dak kollu li sab fi triqtu.

    Il-bhejjem se jkunu qegħdin jiġu trasportati lura mal-merħla f’Cedar Island fl-Istati Uniti.