Riccardo Montolivo jitkellem b’ċertu dieqa dwar l-aħħar xhur ma’ Milan

    L-ex midfielder difensiv ta’ AC Milan, Riccardo Montolivo, tkellem b’ċertu dieqa u diżappunt dwar l-aħħar xhur tiegħu ma’ dan il-club. Hu qal li jiddispjaċih ħafna bil-mod ta’ kif ġie ttrattat mid-diriġenti l-ġodda tal-club meta qalulu bil-pulit li m’għandhomx bżonn is-servizzi tiegħu. Dan kollu seħħ minkejja li fit-test fiżiku li sar f’Lulju li għadda, huwa kien għadda mingħajr problemi.

    Montolivo, li llum il-ġurnata għandu 34 sena, qal li jiddispjaċih għall-partitarji Milanisti li ma kellux ċans isellmilhom wara karriera ta’ seba’ snin mal-club.

    L-ex player ta’ Atalanta u Fiorentina tkellem ukoll dwar il-mument li tneħħitlu l-faxxa ta’ captain sabiex jagħtuha lil Leonardo Bonucci li kien għadu kemm ingħaqad magħhom mingħand Juventus. Anke hawn l-istess diriġenti ma tawhx spjegazzjoni għal din id-deċiżjoni.

    Bħalissa Montolivo jinsab bla club wara li skadielu l-kuntratt ma’ Milan, f’Ġunju li għadda.