Walter Mazzarri se jġedded ma’ Torino

    Il-president ta’ Torino, Urbano Cairo, lest li jġedded il-kuntratt tal-coach Walter Mazzarri sabiex ikompli jmexxi lil Granata għas-snin li ġejjin. Minkejja li t-team min-naħa ta’ fuq tal-Italja mhux sejjer daqshekk tajjeb fis-Serie A Taljana u jinsab fil-11-il post tal-klassifika, Cairo qal li jrid stabbiltá fit-team aktar milli inċertezzi u għalhekk ħa din id-deċiżjoni għall-ġid tal-club. Dan kollu jikkuntrasta dak li kienet qed tgħid l-istampa Taljana meta kienet qed issostni li post Mazzarri kien fil-periklu.

    Walter Mazzarri għandu 58 sena u ilu jmexxi lil Granata sa mis-sena 2018 fejn mexxa lit-tim għal 78 partita li minnhom rebaħ 33, ġie draw fi 23 okkażjoni filwaqt li tilef 22 partita.