Carlo Ancelotti lura ma’ Milan?

    Qed jingħad li l-coach attwali ta’ Napoli, Carlo Ancelotti, mistenni jerġa’ jmur imexxi lil AC Milan fil-bidu tal-istaġun li ġej. Minkejja li din hi biss spekulazzjoni, kollox jaf jieħu l-ħajja minħabba l-fatt li l-coach ta’ 60 sena xejn ma jinsab kuntent ma’ Napoli u minkejja li l-kuntratt tiegħu jiskadi fis-sena 2020, hemm kważi ċertezza li mhux se jibqa’ fit-tmun tal-Partenopei.

    Milan xejn m’huma sejrin tajjeb matul dan l-istaġun u jinsabu fl-14-il post tal-klassifika. Huma diġá bidlu l-coach meta neħħew lil Marco Giampaolo sabiex minfloku ħatru lil Stefano Pioli.

    Ancelotti u Milan huma marbuta ferm flimkien storikament minħabba li bħala player huwa lagħab xejn inqas minn 112-il partita. Huwa kien anke coach tagħhom bejn is-snin 2001 u 2009 fejn rebaħ bosta unuri.