Jinżamm arrestat minkejja li wieġeb mhux ħati li seraq basket minn karozza

    Alexander Stojanovic, Serb ta’ 40 sena residenti Birkirkara tressaq il-Qorti mixli li seraq basket minn karozza f’San Ġiljan. Il-każ seħħ nhar il-25 ta’ Ottubru li għadda, bejn it-3.00 p.m. u l-4.00 p.m. Stojanovic kien mixli wkoll li wettaq reat waqt perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża.

    Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv. Il-Qorti ġibdet l-attenzjoni tad-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex l-imputat jingħata l-kura meħtieġa fid-dawl tal-problema tad-droga li għandu.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Leeroy Balzan Engerer waqt li l-Avukat Benjamin Valenzia assista lill-imputat.