Jitħassar il-festival ta’ San Trifone Adelfia f’Bari minħabba maltemp qawwi

    Il-festival ta’ San Trifone Adelfia li jsir ta’ kull sena fil-belt ta’ Bari fl-Italja sfaxxa fix-xejn. Dan hekk kif il-belt ta’ Bari intlaqtet minn maltempata. 

    Dan il-festival kull sena attira ammont kbir ta’ turisti, hekk kif il-programm jinkludi diversi attrazzjonijiet, li jvarjaw minn spettakli tal-murtali sa xows bil-‘hot air balloons’.

    Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien ħareġ avviż hekk kif maltempata u xita qalila kienu qed jiġu osservata riesqa lejn ir-reġjun.

    Minn naħa tagħha, il-Brigata tat-Tifi tan-Nar qalet li f’temp ta’ ftit sigħat,  saru madwar 800 intervent għall-maltemp, li affettwa b’mod partikolari Sqallija, Kalabrija, Basilicata u l-Puglia.