Jinqaleb trakk fil-Kappara ... triq temporanjament magħluqa għat-traffiku

    Fortunatament ħadd ma ndarab wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:45 a.m inqaleb trakk fi Triq Reġjonali tal-Kappara.

    Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u tim mediku sabiex jagħtu l-ewwel assistenza.

    Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma' inewsmalta li sakemm il-vettura titneħħa mill-post, it-triq li mir-roundabout tal-Kappara tagħti għall-mini ta' San Ġiljan se tkun magħluqa għat-traffiku