[RITRATTI] Ilmijiet kbar iqarrbu lejn ir-rekord negattiv tal-1966... Jappella għall-għajnuna minħabba ħsarat kbar

    Fl-aħħar sigħat Venezja esperjenzat maltemp qawwi li qorob biex ilaħħaq mar-rekord ta’ dak li kien seħħ fl-1966.

    Is-sitwazzjoni hija waħda drammatika u d-danni huma kbar hekk kif qiegħed ikun ikkalkulat li l-livell tal-ilma għola għal kważi 190 ċentimetru.

    Kawża ta’ dan il-maltemp l-iskejjel kollha ta’ Venezja illum se jibqgħu magħluqin.

    Ritratti li nxterdu fuq il-midja juri djar u ħwienet mgħarrqin, dgħajjes jittellgħu fl-art kawża tal-irjieħ qawwijin u postijiet mgħarrqin.

    Skont is-Sindku Brugnaro qal li jinsabu mħassbin kawża ta’ dawn il-livelli li sena wara l-oħra qegħdin ikomplu jiżdiedu. Huwa żied jgħid li dan il-maltemp ġab miegħu danni serji u li jeħtieġ li tingħata għajnuna finanzjarja għax l-ispejjeż huma wisq kbar.