Tarxien Rainbows ineħħu lill-coach Marko Glumac

    Fis-sigħat li għaddew, Tarxien Rainbows neħħew lill-coach Marko Glumac mill-kariga tiegħu wara sensiela ta’ riżultati negattivi, tant, li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika tal-Kampjonat Premier mingħajr l-ebda punt hekk kif jidher li se jitilfu posthom fl-ogħla diviżjoni wara 11-il staġun infila.

    It-telfa ta’ 3-2 kontra Gudja United kienet l-10 waħda minn daqstant partiti.

    B’hekk huma rrepetew ir-rekord ta’ 10 telfiet konsekuttivi fl-istaġun 1997-98 .. bejn id-19 ta’ Ottubru 1997 u  t-22 ta’ Frar, 1998.