L-eks-President tal-Bolivja Evo Morales jingħata ażil fil-Messiku … Jgħid li l-“ġlieda tkompli”

    L-eks-President tal-Bolivja Evo Morales tħalla jinżel fil-Messiku hekk kif ingħata ażil fil-pajjiż wara li rriżenja għall-għarrieda matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

    It-tluq ta’ Morales mill-Bolivja seħħet hekk kif il-qawwiet tas-sigurtà kienu qed jipprovaw jikkontrollaw vjolenza li żviluppat fil-pajjiż wara r-riżenja tiegħu, u r-rivali politiċi tiegħu kienu qed jipprovaw jimplew il-vojt politiku li ħalla warajh.

    Morales, li rriżenja wara ġimgħat ta’ protesti kaġun tar-riżultat elettorali ta’ Ottubru li għadda, għamel il-wasla tiegħu fil-Messiku abbord ajruplan militari Messikan.

    Mal-wasla tiegħu huwa wiegħed li se jibqa’ involut fil-politika, u qal li l-“ġlieda tkompli”.