“Issa huwa tard wisq biex in-nies jipprovaw jaħarbu mid-djar tagħhom” … In-nirien fl-Awstralja jkompli jinfirex

    Għexieren ta’ eluf ta’ Awstraljani ġew imwissijin li issa tard wisq biex jaħarbu mid-djar tagħhom hekk kif nirien komplew jinfirxu bla kontroll f’meded kbar ta’ artijiet mal-kosta tal-Lvant tal-pajjiż.

    Uffiċjali minn New South Wales ħarġu stat ta’ emerġenza hekk kif aktar minn nofs it-78 nar rapportati fl-istat għadhom meqjusin bla kontroll f’kundizzjonijiet deskritti bħala “katastrofiċi”.

    Mill-inqas tliet persuni mietu u aktar minn 150 residenza nqerdu għal kollox sa minn nhar il-Ġimgħa li għadda.

    Ħaddiema tat-tifi tan-nar kemm NSW u Queensland ingħataw poteri wiesgħa permezz tal-istat ta’ emerġenza li kienet dikjarata bil-għan li jikkontrollaw ir-riżorsi tal-Gvern, jinfurzaw evakwazzjonijiet u jagħlqu toroq.

    F’Sydney, awtoritajiet tas-saħħa ħeġġew lin-nies bi problemi respiratorji biex jibqgħu għall-kenn ta’ djarhom hekk kif il-belt inksiet bi dħaħen perikolużi għas-saħħa tal-bniedem. 

    Il-Kummissarju għas-Servizzi tat-Tifi tan-Nar f’Żoni Rurali, Shane Fitzsimmons, qal li “huwa diġà wisq tard biex nies jipprovaw jitilqu miż-żoni affettwati min-nirien u l-unika ċans li baqgħalhom huwa li jipprovaw jistkennu kemm jista’ jkun.”